Lament (trad​.​, Andrew Alamango, F. Baldacchino, A. Vujicic)

from by Filfla Records

/
  • Streaming + Download

    Includes unlimited streaming via the free Bandcamp app, plus high-quality download in MP3, FLAC and more.

      €1 EUR  or more

     

lyrics

Lyrics by Frans Baldacchino 'Il-Budaj'

L-ebda mużika ma'sserraħni
l-ebda warda ma' thennini
l-ebda kelma ma' tfarraġni
l-ebda bewsa ma' tnessini

Jien maħluq ġejt għall-imħabba
fiha biss jinsab kull ġmiel
Mużika bews arti kull-haġa
mingħajra kollox jibdiel

Bl-imħabba kollox jisseddaq
il-ħajja ssir sinfonija
il-ħolqien li hawn madwarna
isir kollu poeżija

Għax l-imħabba tgħaqqad kollox
hija biss li ma tintemx
mingħajra f'kull xogħol f'kull arti
livell tajjeb zgur li m'hemmx

Il-kapolavuri jsiru
bl'imhabba u dedikazzjoni
u fejn hemm il marka tagħha
tohroġ l-isbaħ produzzjoni

U l-ikbar imħabba fostna
dik li żżomnha mgħaqudin
Fejn m'hemmx hi hemm il-mibegħda
hemm il-mewt, ġnus imkissrin

Dik l-imħabba lejn kull ħlejqa
imħabba mas-sess oppost
u fejn ma' ssibhiex issaltan
dak l-ambjen ikun bla gost

Jintemmu l-fidi u t-tama
malli l-ħajja tkun għaddiet
l-imħabba eterna tibqa'
fil-belt sbejħa tas-smewwiet

credits

from ETNIKA - ŻIFNA, released April 14, 2013

tags

license

all rights reserved

about

Filfla Records malta

FILFLA RECORDS is a locally based label, set up with the aim of making Maltese music publicly accessible.

contact / help

Contact Filfla Records

Streaming and
Download help

Redeem code